Real iridu lil Dybala u Griezmann

Id-diriġenti ta’ Real Madrid qed joħolmu żewġ akkwisti kbar għall-istaġun illi ġej u fl-istess ħin qed ifittxu attakkant jew tnejn sabiex jagħmlu koppja ma’ Cristiano Ronaldo.
Iż-żewġ ismijiet illi qed jissemmew b’insistenza fil-kurituri tal-Estadio Bernabeu huma Paulo Dybala ta’ Juventus u Antoine Griezmann ta’ Atletico Madrid. 
Perez għandu ammirazzjoni kbira lejn Dybala u jixtieq iġibu lejn Madrid filwaqt illi Griezmann tidher li tista’ togħġbu l-idea illi jingħaqad mal-Blancos bis-somma li qed tissemma’ tkun dik ta’ 200 miljun ewro.