Re Abdullah jordna ħelikopter biex joħroġ raġel ta’ 600kg mid-dar

Ir-Re tal-Arabja Sawdija, Abdullah, ordna li raġel li jiżen aktar minn 600kg, jittella' fuq ħelikopter biex jintbgħat l-isptar. Khalid Mohsin Shaeri għandu 20 sena u ilu għal dawn l-aħħar sentejn u nofs magħluq f’daru. 

Biex il-ħelikopter jirnexxilu jtella’ lil Khalid abbord, ir-Re tal-Arabja Sawdija kellu jordna sodda apposta mill-Istati Uniti. Din is-sodda damgħet biex tasal madwar sitt xhur. Dik li qed tissejjaħ bħala operazzjoni ta’ salvataġġ minn naħa tar-Re Abdullah, setgħet isseħħ grazzi għall-koperazzjoni bejn il-Ministru tas-saħħa u membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Dawn tal-aħħar kellhom jieħdu ħsieb li tinqala’ biċċa mis-saqaf tad-dar biex ir-raġel t’20 sena jittella’ fuq il-ħelikopter b'aktar faċilita'.