In-negozjant Ray Bugeja, sar it-tielet kandidat li preżenta n-nomina tiegħu għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Waqt il-preżentazzjoni tan-nomina tiegħu, Bugeja qal li hu mhux se jagħmel kampanja ta’ sensazzjonaliżmu u kien għalhekk li ma ħariġx bi slogans.
Qal li qed jitfa n-nomina tiegħu għax irid partit li joffri alternattiva tajba għall-gvern attwali, u biex meta tiġi elezzjoni ġenerali oħra il-poplu jkollu għażla diffiċli x’jagħmel.
Bugeja m’aċċettax mistoqsijiet mill-ġurnalisti u qal li xogħlu hu li jkellem lill-kunsilliera tal-PN u mhux juża l-midja.