Ray Azzopardi jinħatar rapreżentant ta’ Malta fin-Nato

L-eks Kap tal-istazzjon tar-radju tal-Partit Laburista, Ray Azzopardi nħatar rapreżentant ta’ Malta għan-Nato.
Azzopardi bħalissa diġa’ jaqdi l-kariga bħala Ambaxxatur tal-Belġju.  
Waqt li kien qed jippreżenta l-kredenzjali tal-ħatra tiegħu lil Anders Fogh Rasmussen, is-Segretarju Ġenerali tan-Nato, Azzopardi qal li jaqbel mal-koperazzjoni internazzjonali biex jissaħħaħ id-djalogu u l-koperazzjoni.
Rasmussen irringrazzja lil Azzopardi għall-koperazzjoni ta' Malta fil-kuntest tal-kriżi fil-Libja.