Ray Abela jilħaq Direttur u Kap Eżekuttiv tal-Akkademja tal-MDA

Read in English.

L-Assoċjazzjoni għall-Iżviluppaturi Maltin (MDA) ħatret lil Ray Abdilla bħala Direttur u Kap Eżekuttiv tal-Akkademja ta’ tagħlim u taħriġ.

L-Akkademja li tnediet aktar kmieni din is-sena hija inizjattiva li ħadet l-MDA biex tgħolli l-istandards tal-industrija tal-kostruzzjoni u dawk kollha li jagħmlu parti minnha, partikolarment dawk involuti b’mod dirett fin-negozju.

Fi stqarrija l-MDA qalet li Abela għandu 30 sena esperjenza fl-edukazzjoni u s-settur tat-taħriġ fit-teknoloġija.

“L-MDA hija opportunità tajba sabiex inkun nista’ nitrasferixxi l-għarfien tiegħu fit-taħriġ tal-adulti u t-teknoloġija fl-Akkademja l-ġdida. Irridu nawarha tikber biex tiġi waħda ewlenija għall-industrija tant f’saħħitha fil-pajjiż,” qal Abela.

Il-President tal-MDA Sandro Chetcuti qal li l-assoċjazzjoni avvanzat fil-pjan tagħha li tiżviluppa akkademja f’taħriġ prima-klassi għal dawk kollha li jridu karriera ta’ suċċess fl-industrija.