‘Raw’ Brownies bi dqiq tal-harrub – vegan, bla glutina, bla lattozju

Riċetta ta' Lea Hogg 

  • 2 kikkri lewz tal-ghażla tiegħek
  • 2 kikkri tamal mqatta’
  • ½ kikkra frott niexef tal għażla tiegħek
  • ½ kikkra dqiq tal-ħarrub
  • 2 mgħaref kokodina
  • 2 mgħaref ġunġlien
  • Kuċċarina kanella
  • vanilla
  • mgħarfa ġulepp tal-ħarrub (zid biss jekk tħobb ħafna ħlewwa]
  • mgħarfa żejt tal-coconut

1. Iksi dixx tal-forn bil-karta forn.
2. Poġġi l-ingredjenti ġo proċessur tal-ikel u idħan sakemm it-taħlita tkun konsistenti.
3. Oħroġ it-taħlita u agħfas sewwa fil-landa ppreparata minn qabel. Għatti bil-cling film u poġġi fil-friża jew friġġ għal mill-inqas sagħtejn.
4. Neħħi mid-dixx tal-kejk u qatta’ f’kubetti  qabel ma sservi.

Segwi aktar riċetti fuq il-programm Insellimlek ma' Sonia Young fuq RTK