Ingredjenti
Għall-għaġina
(tagħmel 450g ta’ għaġina)
300g dqiq
3 bajdieet
1 kuċċarina melħ
1 mgħarfa żejt taż-żebbuġa
minn 1 sa 3 mgħaref ta’ ilma fietel
Għall-mili tas-salamun
(timla madwar 48 ravjula ta’ 7ċm)
1 mgħarfa żejt taż-żebbuġa
1 mgħarfa butir bla melħ
1 basla żgħira mqattgħa fin
340g salamun imsajjar
35g irkotta
50g ġobon maħkuk
1 mgħarfa tursin imqatta’ fin
1 qoxra maħkuka ta’ lumija
1 bajda
bżar u melħ
Zalza tal-inbid abjad u butir
(biżżejjed għal bejn 12 u 18-il ravjula)
4 mgħaref butir mhux mielaħ
1 mgħarfa basal imqatta’ fin ħafna
1 irjus tat-tewm misħuqa
1 mgħarfa dqiq
bżar u melħ
1 tazza nbid abjad dry
2 kuċċarina weraq tat-timu friski mqatta’ fin
ġobon Parmiġġjan biex isservi
Metodu għall-għaġina
Poġġi d-dqiq, il-bajd, il-melħ u ż-żejt taż-żebbuġa fi proċessur tal-ikel. Ħallat diversi drabi biex tħallat l-ingredjenti. Żid l-ilma, mgħarfa kull darba, sakemm l-għaġina tibda tagħqad flimkien. Evita li żżid wisq ilma inkella l-għaġina tkun twaħħal wisq biex tinqaleb. Iġbor l-għaġina f’ballun u aħdimha fuq wiċċ ta’ mejda. Għaqqad l-għaġina sakemm tkun lixxa u elastika, madwar 10 minuti. Għatti b’biċċa ċarruta u ħalliha tistrieħ għal 10 sa 15-il minuta. Wara ifrex l-għaġina u agħmilha fi ħxuna għar-ravjul. Imlihom bit-taħlita tas-salamun u sajjarhom bħas-soltu.
Metodu għall-mili tas-salamun
Saħħan iż-żejt taż-żebbuġa u l-butir fi skillet. Aqli l-basal sakemm jirtab, 2-3 minuti. Poġġih fil-proċessur tal-ikel. Żid l-ingredjenti tal-mili li jifdal. Ħallat sakemm l-ingredjenti jkunu magħquda flimkien imma mhux li jsiru pureè.
Metodu għaz-zalza tal-inbid abjad u butir
Dewweb mgħarfa tal-butir ġo kazzola fuq nar bati. Żid il- basal għal 2-3 minuti sakemm jirtab. Żid it-tewm u aqli għal minuta oħra. Ħawwad id-dqiq u ħawwar bil-melħ u l-bżar. Kompli sajjar u ħawwad sakemm id-dqiq jibda jsir ftit kulur id-deheb. Żid l-inbid u ħawwad sakemm iz-zalza tagħqad. Naqqas in-nar u ħalli ż-zalza ttektek għal 2-3 minuti. Ħawwad il-butir li jifdal, mgħarfa waħda kull darba.
Ħawwad is-sagħtar; iċċekkja l-ħwawar u ferra fuq ravjul imsajjar. Servi bil-ġobon Parmiġġjan.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.