Riċetta u ritratti: Tanya Zammit
Ingredjenti
Żejt taż-żebbuġa
3 irjus tat-tewm mgħaffġa
3 basliet slajsjati rqaq
3 tadamiet, imqaxxra, bla żerriegħa u maqtugħa min-nofs
ftit weraq tal-ħabaq
2 kuċċarini sagħtar
1 brinġiela sjajsjata rqiqa
4 qarabagħli, maqtugħa rqaq ħafna għat-tul
2 bżariet kuluriti, bla żerriegħa, maqtugħa rqaq ħafna għat-tul
1 bżaru aħdar, bla żerriegħa, maqtugħ irqiq ħafna għat-tul
bżar u melħ
Metodu
Aqli t-tewm, il-basal, it-tadam, il-weraq tal-ħabaq u s-sagħtar fuq nar bati għal 10 minuti. Neħħi mit-taġen u ħalli fil-ġenb.
Aqli l-brinġiel fuq kull naħa, roxx ftit melħ, neħħi mit-taġen u ħalli fil-ġenb.
Aqli l-qarabagħli minn kull naħa, roxx ftit melħ, neħħi mit-taġen u ħalli fil-ġenb.
Aqli l-bżar kollu u żid il-ħaxix l-ieħor kollu. Roxx ftit bżar.
Saħħan fuq nar tassew bati għal madwar 30 minuta.
Biex tippriserva r-ratatouille
Sterilizza l-fliexken.
Meta ratatouille jkun sar poġġih fil-fliexken u ħalli ’isfel 3ċm mill-għatu.
Poġġi l-fliexken f’banju marija u kompli sajjar għal 45 minuta oħra.
Ħalli l-fliexken jiksħu matul il-lejl fil-banju marija
Jibqa’ tajjeb f’post mudlam għal xahrejn.