Rata ta’ mgħax ġdida tal-Istock tal-Gvern

It-Teżor ħabbar li r-rata ta’ mgħax tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta 2019 (IV) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur għall-perjodu bejn il-25 ta’ Settembru 2018 u l-24 ta’ Marzu 2019 (iż-żewġ dati nklużi) hi ta’ 0.732% p.a.

Fisser li din ir-rata ta’ mgħax hija bbażata fuq ir-rata tal-Euribor tas-sitt xhur fis-seħħ u ppublikata l-Ħamis 20 ta’ Settembru 2018 b’ -0.268%, flimkien ma’ spread ta’ 100 basis points.