Rashford għall-futur ta’ Barcelona

Barcelona qed iħarsu lejn il-futur tagħhom u qed jaraw lill-attakkant ta’ Manchester United Marcus Rashford bħala l-werriet ideali ta’ LuisSuarez.
Rashford għad għandu biss 19-il sena u diġà spikka mhux ħażin f’żewġ staġuni mar-Red Devils meta skorja 11-il gowl f’46 logħba.
Il-ġganti ta’ La Liga Spanjola huma konxji li dan il-plejer jiswa ħafna flus fejn qed jevalwaw il-possibiltà li joffru madwar €200 miljun għall-akkwist tiegħu.
Dan kollu jista’ jseħħ matul is-sajf li ġej meta l-Blaugrana mistennija jħallu lil Suarez jitlaq u b’hekk jiffurmaw trio ieħor b’Dembele, Messi u l-istess Rashford fl-attakk tagħhom.