Raquel Xuereb u Albert Borg jirbħu s-Silver Cup fil-bowling

Raquel Xuereb iddominat il-kompetizzjoni Silver Cup tal-bowling mill-bidu sal-aħħar. Mhux biss irnexxielha tikkwalifika fl-ewwel post, iżda rebħet l-ewwel post wara r-round robin. Hi tilfet biss kontra Kathryn Fenech li għandha 13-il sena. Fenech spiċċat fit-tielet post wara li tilfet kontra Liliana Spiteri.

Min-naħa tal-irġiel, Alber Borg kellu jissielet mhux ftit biex irnexxielu jirbaħ it-taqsima tal-irġiel. Hu kkwalifika għar-round robin fit-tielet post. Hu għeleb lil Julian Baldacchino b’distakk minimu ta’ 2 pins biex b’hekk wasal għall-finali kontra Kyle Camilleri li daħal għar-round robin fl-ewwel post. Borg rebaħ l-ewwel logħba 239-195 u reġa’ rebaħ id-decider kontra l-istess Camilleri b’162 għal 154.

Jieħu sehem fil-kompetizzjoni kien hemm ukoll Nicolai Mallia li għalkemm għad għandu disa’ snin, spiċċa fir-raba’ post u kieseb l-ogħla punti personali meta rnexxielu jagħmel 204 pins.