Raqda tajba tibda hawn…

Riġlejn sħan

It-temperatura tal-ġisem tilgħab parti importanti għal serħan u raqda tajba. Studju li
sar fl-1985 juri li banju sħun qabel torqod jirrilassak u b’hekk torqod aħjar. Studju
ieħor li sar fl-1999 juri li jdejn u saqajn sħan huma importanti. Ghalhekk forsi wieħed
jikkunsidra li jilbes xi peduni tas-sodda. Mhux għax huma sbieħ jew puliti imma
mbagħad lanqas ma hi xi stilla dik id-dressing gown.
In-numru maġiku
Jekk dejjem hu possibbli idħol fis-sodda fil-11 ta’ bil-lejl, għax il-ġisem joħloq kilba għal
ormonu cortisol wara dak il-ħin u b’hekk iżommok imqajjem.
Żewġ xiftijiet

Fiż-żmien medjevali, konna norqdu f’żewġ xiftijiet. Kellna ftit sigħat wara li tinżel ix-
xemx, wara konna nqumu, inkeċirnu ‘l hemm u l hawn, inkebbsu n-nar, nitolbu u
nagħmlu dak kollu li kien jogħġobna. Imbagħad konna morru lura għas-sodda kmieni u
nibqaw reqdin sas-sebħ. Kienet l-invenzjoni tal-elettriku li bidlet din ir-rutina. Mhux
qegħdin nisuġġerixxu li wieħed għandu jadotta din il-prattika antika, imma ċertament
dan jurina li d-dawl biddel tassew ir-rutina tal-irqad.
Riċerka li saret f’Chago, reġjun fl-Arġentina, juri li n-nies li kellhom l-elettriku kienu qed
jorqdu aktar tard u kienu jorqdu siegħa anqas minn dawk li kienu jorqdu bid-dawl
naturali. Dan hu preċiż għaliex għandek titfi l-mowbajl tiegħek siegħa qabel tidħol fis-
sodda. M’hemmx skużi. Id-dawl blu jaffettwalek nukleu f’moħħok li jikkontrolla l-irqad.
Festa f'nofs il-lejl

Li kultant tqum u tinżel fil-kċina u taħrat dak kollu li ssib fil-friġġ jew tiddeċiedi li
tagħmel kisra ħobż bil-bejken, hija garanzija ta’ lejl iddur u tagħqad, toħlom li qed
tippreżenta xi taħdita liebes biss xi werqa… jekk! Ħalli 4 sigħat wara li tiekol qabel
tidħol fis-sodda u tmien sigħat wara li tkun xrobt il-kafeina.
Kumpann
Jekk qed torqod ma’ xi ħadd li hu inkompatibbli, dan se jnissel rabja kbira. Jekk forsi
inti tħoss ħafna bard u sieħbek iħoss is-sħana, trid tasal f’kompromess u tifrex is-sodda
b’liżar u kutra waħda jew quilt. Hekk tkun tista’ tneħħi għata żejda skont xi jkun il-
bżonn, u tevita li ssib il-friex mal-art f’nofs ta’ lejl.
Għejja
Ħafna minna nkunu eżawriti fiżikament u mentalment imkissra, hekk kif inpoġġu rasna
fuq l-imħadda, fejn moħħna jibda jiftakar dak kollu li nkunu għamilna matul il-ġurnata.
Dan kollu jista’ jiġi mirbuħ billi tieħu nifsijiet twal u fil-fond, li jistimula is-sistema
nervuża tagħna u b’hekk nikkalmaw. Qisu l-istess kif nagħmlu meta nkunu se nidru fuq
palk jew fil-pubbliku. Nifsijiet twal u fondi mil-imnieħer u tgħodd sal-erbgħa, u tonfoħ
‘il barra bil-mod waqt li tgħodd sa seba’ nagħġiet.
Tinkwetax
Mela, iva, qed nikteb dan l-artiklu bil-lejl. Issa, jekk immur norqod minn hawn u ftit minuti
oħra, se nkun irqadt xi 5 sigħat… imma dan mhux biżżejjed. Qatt għedt dan il-kliem? Il-ħsieb li
qed tħossok għajjiena u li għada ħa tkun agħar se jżommok milli jkollok irqad rilassat u fil-
fond. Agħti ċans, agħti 20 minuta, jekk m’għandekx nagħas, oħroġ barra mill-kamra u mur
aqra xi ktieb. Tmurx fuq il-laptop jew telefown. Wara ftit erġa’ idħol fis-sodda. U jekk ma
jirnexxilekx torqod sew, ma jkun ġara xejn, aħseb fuq x’lejl tajjeb se jkollok il-lejl ta’ wara.
Qum tabilħaqq

Ilkoll nixtiequ li nqumu b’togħma tajba filgħodu… u mhux bil-gdiedem. Aħjar milli tqum b’xi
ħoss antipatku ta’ xi żveljarin skurdat, qum b’xi mużika rilassanti tar-radju. Aħna
nissuġġerixxu radju RTK 103FM li jqajmek burdata tajba żgur. U tibda l-ġurnata b’mod tal-
ġenn.
Sħun u cosy
Jekk inti xi ħadd li tħobb verament kamra sħuna u kważi taqbad bħal xi kamra f’lukanda,
ħafna jippreferu kamra friska b’xi arja pura dieħla minn xi tieqa, u dak għax nafu li norqdu
aħjar. Żommu temperatura ta’ bejn 18 jew 20 gradi Celsius, u dejjem żommu tieqa mbexxqa.
Ovvjament użaw xi tip ta’ lqugħ, biex iżommu barra dak in-nemus inkrepattiv u tedjanti li
wkoll kapaċi jżommok imqajma lejl sħiħ!