Raqad u nġarr mill-kurrent lejn Messina

Raqad fuq saqqu li jintefaħ u sab ruħu għadd ta’ kilometri ‘l bogħod fl-Istrett ta’ Messina, il-fliegu ta’ bejn l-Italja u Sqallija. Raġel ta’ 27 sena minn Reggio Calabria raqad fuq is-saqqu li kien fuqu fil-baħar u ġie salvat mal-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd minn membri tal-protezzjoni ċivili Taljana.

Minn Scilla, raħal fin-Nofsinhar tal-Italja, il-kurrent kaxkru lejn Messina fi Sqallija. It-tfittxija għar-raġel damet aktar minn disa’ sigħat bl-użu ta’ diversi mezzi marittimi u anki ħelikopters. Iż-żagħżugħ kien viċin ix-xatt iżda kien tilef ir-rotta sa wara nofsinhar. Kien ħabib tiegħu li avża lill-uffiċjali tal-port b’dak li ġara.

Ftit wara li nstab mill-Gwardji tal-Kosta Taljana, r-raġel ittieħed lura lejn Scilla.