Rappreżentanti ta’ preżenzi diplomatiċi f’Malta jżuru lill-Ispeaker

Grupp ta’ rappreżentanti ta’ ambaxxati u preżenzi diplomatiċi f’Malta żaru lill-Ispeaker Anġlu Farrugia fil-Parlament dalgħodu.
L-Ispeaker wera l-apprezzament tiegħu għas-servizz li jagħtu, li minnu jgawdu ċ-ċittadini tal-pajjiżi li jirrappreżentaw f’Malta.
Anġlu Farrugia enfasizza l-importanza ta’ diplomazija parlamentari u semma l-laqgħat differenti li jkollu matul is-sena meta jilqa’ dinjitarji barranin. Semma wkoll il-konferenzi li attenda barra minn Malta u l-laqgħat ta’ Membri Parlamentari Maltin barra l-pajjiż.
Ritratt: DOI – Clodagh Farrugia O’Neill