Rappreżentanti minn 19-il pajjiż jiddiskutu t-tfal missjunarji f’Malta

F'Malta f'dawn il-jiem tlaqqgħet il-Konferenza Ewropea tat-tfal missjunarji, il-CEME.
It-tema hija It-tfal jgħixu flimkien f’dinja komuni – fuq il-passi ta’ San Pawl.
Il-grupp minn 19-il pajjiż Ewropew fosthom f’Malta, qed jiddiskuti il-Grupp tas-Santa Infanzja hekk kif inhuma magħrufa l-gruppi ‘Children Helping Children’, mad-Djaknu Kaare Nielson, id-Direttur Nazzjonali tad-Danimarka.
Fost il-kelliema hemm il-Professur Adrian Gellel, Professur fl-ispiritwalità tat-tfal u lekċerer fl-Università ta’ Malta.
Il-grupp se jieħu sehem f’attività bis-sehem tat-tfal fil-Mużew tal-Katidral u wara jkun hemm diskussjoni f’workshops fejn il-parteċipanti se jitqassmu fi gruppi skont il-lingwi u jkun hemm skambju ta’ preżentazzjonijiet, materjal u riżorsi.