Rapporti ta’ mard u infestazzjoni ta’ insetti fuq is-siġar

Id-Direttorat għas-saħħa tal-pjanti rċieva rapporti ta’ mard u infestazzjoni ta’ insetti fuq is-siġar taż-żebbuġ, tat-tin, tal-ħarrub u taċ-ċitru.
Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera waqt li kien qiegħed iwieġeb għad-domanda tal-Membru Parlamentari Nazzjonalista Ċensu Galea.
Il-Ministru Herrera qal li d-Direttorat qiegħed jinvestiga u fejn jinstab li jkun hemm xi tip ta’ patoġenu jieħu l-passi neċessarji skont it-tip ta’ mard jew insett.
Spjega li dawn il-passi jistgħu jinkludu eradikazzjoni tas-siġar infettali jew pariri kif dan il-mard jew insetti jistgħu jiġu kkontrollati.