Rapporti ta’ fastidju u abbuż sesswali fil-Parlament Ewropew

Matul il-plenarja li għaddiet, il-Parlament Ewropew talab li jkunu investigati b’mod urġenti allegazzjonijiet ta’ fastidju u abbuż sesswali fl-istess parlament.
Il-Membri Parlamentari Ewropej ikkundannaw kull forma ta’ vjolenza sesswali u kkritikaw il-fatt li dawn qed ikunu ttollerati wisq.
Il-Parlament qabel li għandu jkun hemm taħriġ obligatorju għall-ħaddiema kollha u l-Membri Parlamentari Ewropej dwar ir-rispett u d-dinjita fuq il-bżonn tax-xogħol.
Intalab ukoll li jkun hemm reġistru kunfidenzjali tal-każijiet, jistabbilixxi task force ta’ esperti indipendenti u jtejjeb il-proċeduri formali u l-appoġġ għall-vittmi fil-proċedimenti fil-PE jew mal-pulizija lokali.
Il-Parlament Ewropew talab ukoll li l-istati membri jinvestigaw is-sitwazzjoni fil-parlamenti nazzjonali tagħhom u jieħdu l-azzjonijiet xierqa. 
55% tan-nisa fl-Unjoni Ewropea kienu vittmi ta' fastidju sesswali
Waqt l-istess plenarja, il-Parlament vvota biex il-Kummissjoni Ewropea tipproponi strateġija tal-UE, inkluż abbozz ta’ liġi biex jiġu protetti n-nisa kontra l-vjolenza, inkluż il-fastidju sesswali u l-abbuż sesswali tan-nisa u t-tfajliet.
Skont l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali, 55% tan-nisa fost il-pajjiżi membri ġew infastiditi sesswalment.
32% tal-vittmi qalu li l-abbuż ġie minn kap, kollega jew klijent.
Apparti minn hekk, 75% tan-nisa f’professjonijiet li jeħtieġu kwalifika ġew infastiditi sesswalment.
20% tan-nisa żgħażagħ (18-29) fl-UE esperjenzaw fastidju permezz tal-internet u 10% tan-nisa kienu vittmi ta’ fastidju sesswali jew stalking permezz ta’ teknoloġiji ġodda.