Rapporti ta’ 66 serqa ta’ annimali domestiċi f’sentejn u nofs

Bejn Jannar 2013 u l-31 ta’ Mejju 2015 kien hemm 66 rapport ta’ serq ta’ annimali domestiċi.  
Dan qalu fil-Parlament il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela fi tweġiba għal interpellanza Parlamentari tad-Deputat Mario Galea.
Il-maġġoranza assoluta tal-annimali li ġew rappurtati misruqa kienu għasafar li jinkludu iktar minn tlett mitt ħamiema, madwar 70 verdun u daqstant kanarini.
Kien hemm ukoll erbatax-il rapport ta’ serq ta’ klieb. F’Lulju 2014 kien rappurtat li nsteraq serp minn Raħal Ġdid, waqt li Frar li għadda insterqet mogħoża mill-Qala Għawdex.