Rapporti li l-vaċċin tal-Pfizer se jittardja ftit

Read in English.

It-tieni konsenja tal-vaċċin Pfizer mistennija tittardja ftit minħabba problemi loġistiċi. Pfizer ikkonfermat dan mal-ġurnal Times of Malta. Kelliem għall-kumpanija kkonferma mal-ġurnal li kien hemm problemi loġistiċi iżda qal li l-kunsinja issa nbagħtet. it-tieni konsenja mistennija tasal għada fil-gżejjer Maltin.

Is-Sibt li għadda waslet l-ewwel konsenja tal-vaċċin f’Malta.

Dan ġie kkonfermat ukoll fuq is-sit Euronews li qalet li l-Awtoritajiet Spanjoli qalu li l-konsenja tal-vaċċin Pfizer/BioNTech jista’ jkun li tasal iktar tard miż-żmien miftihem fi tmien pajjiżi Ewropej minħabba problema loġistika. Il-problema hija t-temperatura li fiha tinżamm it-tilqima.

Il-Ministru tas-Saħħa qal li rċieva messaġġ mill-manufattur ta’ Pfizer fil-Belġju u dan spjegalu li l-konsenja mistennija tasal it-Tlieta minflok it-Tnejn minħabba problema biex fit-trasportazzjoni biex tinżamm it-temperatura.

L-awtoritajiet Ġermaniżi rrapurtaw dewmien biex jagħtu t-tilqim u dan jista’ jkun minħabba problemi fit-temperatura tal-vaċċin.

Fi stqarrija lil Euronews Pfizer qalet li minħabba problema loġistika żgħira, illimitaw in-numru ta’ vaċċini għad-distribuzzjoni. Żiedu li din il-problema ġiet solvuta u għalhekk komplew bid-distribuzzjoni.

Il-vaċċin irid jinżamm f’temperatura ta’ madwar -70°C u għalhekk din tista’ toħloq problema fid-distribuzzjoni. Ġie spjegat li l-vaċċin jista’ jibqa’ tajjeb f’temperatura ta’ bejn 2°C u 8°C għall-perjodu qasir.

Il-maġġornaza tal-Ewropej bdew jingħataw il-vaċċin ilbieraħ filwqt li l-Ġermanja, l-Ungerija u l-Islovakkja bdew it-tilqim tagħhom is-Sibt.

Fi Spanja mara ta’ 96 sena kienet l-ewwel persuna li ħadet il-vaċċin f’dar tal-anzjani Guadalajara.