Rapporti li Abdeslam ikkuntattja avukat biex jiddefendih

Aħbar li l-Pulizija Belġjana għadha ma kkonfermatx, tgħid li Salah Abdeslam, l-uniku terrorista li għadu ħaj wara l-attakki ta’ Pariġi, ikkuntattja avukat biex jiddefendih.
Skont il-ġurnal Le Soir, l-avukat hu Sven Mary li f’Diċembru kien ikkritika l-konferenzi tal-aħbarijiet mill-prokuratur ta’ Brussell u kien qal li jekk Abdeslam jitolbu jiddefendih, kien jaċċetta.
Imma mistoqsi jikkonferma l-aħbar, l-avukat ma riedx jikkummenta.
Għad mhux magħruf jekk Salah Abdeslam ħalliex l-Ewropa u wasalx fis-Sirja fejn ħafna kienu sostnew li kien dirett dritt wara l-attakki.