Rapport tal-KE juri li l-ogħla livell ta’ ottimiżmu f’Malta kien fl-2008

Rapport tal-Kummissjoni Ewropea juri li l-ogħla livell ta' ottimiżmu ekonomiku kien fl-2008.
Filwaqt li l-istqarrija tal-Gvern tgħid li dan kien l-ogħla livell ta’ ottimiżmu f’dan ix-xahar mindu beda jsir l-istħarriġ fl-2002, l-ogħla livell ta’ ottimiżmu qatt osservat f’Malta kien f’Marzu 2008.
Dakinhar, l-indiċi tal-kunfidenza ekonomika kienu 123.1 filwaqt dawk għax-xahar li għadda laħqu l-livell ta’ 122.6.
Stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea, li sar fost 1,500 kumpanija u 1,000 familja fl-ewwel ġimgħatejn ta’ Novembru, juri li f’Malta hawn l-ogħla livell ta’ ottimiżmu osservat fost il-pajjiżi kollha fl-Unjoni Ewropea.
L-akbar ottimiżmu kompla jispikka fost l-operaturi fis-settur tas-servizzi f’pajjiżna, li jinkludu kumpaniji fis-settur finanzjarju u tal-gaming.
Il-Gvern qal li filwaqt li l-Oppożizzjoni tgħid li hawn ħafna inċertezza f’dawn l-oqsma, mal-Kummissjoni Ewropea dawn in-negozji qalu l-oppost.