Attakk bi flixkun tal-ħġieġ f’Paceville; 2 l-isptar

CMRU

Read in English.

Żewġ żgħażagħ ttieħdu l-isptar wara li allegaw li ġew attakkati minn raġel armat bi flixkun tal-ħġieġ f’Paceville.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ż-żewġ żgħażagħ li għandhom 19-il sena weġġgħu waqt argument fi Triq San Ġorġ f’San Ġiljan illum għas-1am. It-tnejn li huma daħlu fl-Għassa tal-Pulizija bid-demm ħiereġ minn ferita li t-tnejn li huma kellhom f’rashom. Il-vittmi huma mill-Guinea.

Huma allegaw li kellhom argument ma’ raġel mill-Eritrea li beda jtihom fuq rashom. X’aktarx bi flixkun tal-ħġeiġ imkisser. Ipprova jisirqilhom l-mobile wkoll.

Ambulanza ssejħet l-Għassa u ħadet liż-żewġ żgħażagħ l-isptar. Wieħed minnhom weġġa’ gravi u l-ieħor weġġa’ ħafif.