Rapport lill-Pulizija jista’ jsir onlajn

CMRU

Read in English.

Minflok fl-għassa tal-Pulizija issa wieħed jista’ jirreġistra rapport mal-Pulizija onlajn permezz ta’ telefonata, tal-app, tal-email jew tas-sit tal-Pulizija.

Fi stqarrija, il-Korp tal-Pulizija ħabbar li b’effett minn nhar l-Erbgħa l-1 ta’ April il-Pulizija se tkun qed tieħu rapporti mingħajr il-bżonn li wieħed ikollu għalfejn imur fl-għases. Dawn it-tipi ta’ rapporti għandhom isiru biss għal reati li ma jkollhomx bżonn l-assistenza immedjata tal-Pulizija.

Dan qed isir bħala pjan ta’ kontinġenza għall-isfidi li ġabet il-coronavirus fosthom bħala miżura ta’ prekawzjoni.

Dan se jsir permezz tat-telephone fuq +356 2294 0000, online fuq is-sit tal-Pulizija, billi wieħed juża l-app 112mt li titniżżel mill-App Store (iOS) jew Google Play (android) jew permezz tal-email pulizija@gov.mt.

Il-Pulizija ħeġġet biex min jirrapporta jinkludi dawn id-dettalji:

  • L-identità u numru ta’ kuntatt f’każ li l-Pulizija jkollha bżonn tagħmel kuntatt magħha
  • Il-każ mhux wieħed ta’ emerġenza
  • Rapport falz huwa reat punibbli bi priġunerija
  • Il-Pulizija tirrevedi l-każ u tagħmel kuntatt f’każ li jkun hemm bżonn ta’ iktar informazzjoni
  • Il-każ ikun segwit permezz tal-email jew telephone

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn