Rapport jiżvela abbuż sesswali fuq 60 tifel minn Fundatur ta’ Ordni Reliġjuża

FILE PHOTO: REUTERS/Tony Gentile/File Photo

Read in English.

Rapport tal-ordni reliġjuża tal-Leġjonarji ta’ Kristu żvela kif superjuri fosthom il-Fundatur Marcial Maciel, wettqu abbużi sesswali fuq minn tal-inqas 60 tifel.

Ir-rapport huwa meqjus bħala wieħed important minħabba li għal sekli sħaħ sal-2006, inkluż tul il-pontifikat kollu tal-Papa Ġwanni Pawlu II, il-Vatikan xejjen akkużi mis-seminaristi li l-Fundatur kien abbużahom sesswalment, b’uħud minnhom kellhom biss 12-il sena meta seħħew l-abbużi.

L-Ordni qalet li r-rapport ikopri s-snin kollha li ilu mwaqqaf mill-Fundatur fl-1941.

Il-Vatikan irreaġixxa għall-ewwel darba fl-2006 meta l-Papa Benedittu XVI kien ordna lill-Fundatur biex jirtira f’ħajja ta’ talb u penitenza. Dak iż-żmien, il-Papa kien irreżista appelli biex jagħlaq l-Ordni li kienet tħassret minn ġewwa.

Fl-2010, il-Vatikan ħa f’idejh l-Ordni u beda process ta’ riformi.

Ir-rapport li ġie ppubblikat ilbieraħ juri li mill-1941 sa din is-sena, 175 minuri kienu vittmi ta’ abbuż minn 33 qassis tal-Ordni. Minn tal-inqas 60, jiġifieri terz minnhom kienu ġew abbużati minn Maciel innifsu.

Ħafna mill-vittmi kienu subien li kellhom bejn 11 u 16-il sena.