Rapport Ewropew jindika użu baxx tal-kannabis f’Malta

Read in English.

Malta għandha l-anqas rata ta’ użu ta’ kannabis fl-Unjoni Ewropea, skont l-aħħar edizzjoni ta’ rapport annwali taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi (EMCDDA).

Però, fil-European Drug Reporrt, l-EMCDDA twissi li r-rati ta’ użu ta’ drogi varji huma stimi li diffiċli jiġu kkalkulati b’mod preċiż.

Skont ir-rapport, li jifli s-sitwazzjoni fis-27 stat membru tal-UE, in-Norveġja u t-Turkija, 4.5% biss tal-adulti f’Malta qatt ippruvaw il-kannabis. L-ebda stat membru ieħor ma kellu rata aktar baxxa, għalkemm it-Turkija, li għandha liġijiet ħorox kontra l-użu tad-drogi, irrapurtat rata ta’ 2.7% biss.

Cannabis use statistics in the EU:

Il-medja fl-UE hi ta’ 27.2%, filwaqt li fi Franza, 44.8% tal-adulti ppruvaw il-kannabis mill-anqas darba.

Skont ir-rapport, 15% ta’ dawk bejn 15 u 34 sena fl-UE ħadu l-kannabis mill-anqas darba fl-aħħar sena, u għal darb’oħra, l-ogħla rata ġiet irrapurtata fi Franza (21.8%). Però f’dan il-każ, ma kienx hemm stimi għar-rata ta’ użu f’Malta.

Kemm f’Malta, kif ukoll fl-Ewropa, l-irġiel jużaw aktar drogi min-nisa. F’Malta, 6.7% tal-irġiel u 2% biss tan-nisa ppruvaw il-kannabis mill-anqas daraba.

Madwar 96 miljun adult fl-UE – 29% tat-total – huma stmati li użaw drogi illegali mill-anqas darba f’ħajjithom.