Rapport Egrant: “Xi ħadd mhux jgħid il-verità” – PN

“Xi ħadd mhux qed jgħid il-verità.” Dawn kienu l-kliem fl-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista (PN) b’reazzjoni għall-fatt li l-Ministri Chris Cardona, Konrad Mizzi u Edward Scicluna kkwotaw mir-rapport t’Egrant fil-Qorti llum, minkejja li mhux suppost għandhom aċċess għalih.

Skont il-PN, il-Gvern u l-Avukat Ġenerali t-tnejn saħqu li t-tliet Ministri m’għandhomx aċċess għar-rapport sħiħ ta’ Egrant. Minn naħa tiegħu, Delia fetaħ kawża biex jingħata kopja sħiħa tal-inkjesta maġisterjali.

Dan hekk kif l-Avukat Ġenerali kien ippubblika biss il-konklużjoni.

Il-Qorti Kostituzzjonali kienet talbet li jitilgħu jixhdu biex jgħidu minn fejn akkwistaw kopja tal-inkjesta Egrant. Dan għaliex il-Ministri kienu kkwotaw biċċiet mir-rapport dwar Egrant fi proċeduri oħra fil-Qorti dwar it-trasferiment tat-tliet sptarijiet tal-Gvern lil Vitals Global Healthcare. Dawn il-biċċiet ma kienux parti mill-konklużjonijiet.

Huma spiċċaw ma xehdux minħabba proċeduri oħra f’każ differenti.