Sergio Ramos kompla jaqla’ kummenti ta’ kritika u mibegħda meta waqqaf lil sieħbu Rodrygo milli jagħmel hat-trick f’għaxar minuti waqt il-logħba miċ-Champions League kontra Galatasaray.
L-attakkant żagħżugħ Rodrygo fetaħ l-iskor għat-tim ta’ Zinedine Zidane wara li għaddew biss erba’ minuti. Rodrygo għad għandu 18-il sena. Hu rdoppja l-iskor wara biss tliet minuti. Fl-14-il miuta Steven N’zonzi ta’ Galatasaray irrigala penalty. Li kieku Rodrygo ta l-penalty u skurja, kien jirnexxielu jagħmel hat-trick f’għaxar minuti. Iżda kien Ramos li bħas-soltu ħa postu biex jagħti l-penalty u skurja.
Kien ikun rekord inkredibbli għal Rodrygo li kieku l-captain ħallieh jagħti l-penalty. Rodrygo kien jirnexxielu jikser ir-rekord tal-aktar hat-trick li ġiet skurjata malajr. Ir-rekord għadu f’idejn Marco Simeone li lura fl-1996 skurja hat-trick għal Milan kontra Rosenber f’24 minuta.
Riżultati:
Grupp A
Paris Saint-Germain 1-0 Club Brugge
Real Madrid 6-0 Galatasaray
Grupp B
FC Bayern Munchen 2-0 Olympiacos
FK Crvena Zvevda 0-4 Tottenham Hotspur
Grupp C
Atalanta 1-1 Manchester City
Dinamo Zagreb 3-3 Shakhtar Donetsk
Grupp D
Lokomotiv Moscow 1-2 Juventus
Bayer Leverkusen 2-1 Atletico Madrid
Grupp FVitoria de Guimaraes 1-1 Arsenal