Ramos jikser kull rekord negattiv

Id-difensur ta’ Real Madrid Sergio Ramos kiser rekord mhux daqshekk pożittiv fil-UEFA Champions League meta sar l-iktar plejer illi rċieva karti sofor fl-istorja ta’ din il-kompetizzjoni. Bil-karta safra illi dabbar jumejn ilu kontra Paris St Germain, il-captain tal-Merengues rċieva b’kollox 33 ammonizzjoni fil-karriera tiegħu f’din it-tazza minn 109 partiti fic-Champions League sabiex qabeż lill-eks difensur ta’ Manchester United Paul Scholes li kien irċieva 32 karta safra.
Mill-banda l-oħra, Ramos kompla jikser ir-rekords kollha negattivi hekk kif sar l-iktar plejer imkeċċi fil-La Liga Spanjola.