Ramona Attard titfa’ n-nomina tagħha għall-President tal-PL

Facebook - Ramona Attard

Read in English.

Ramona Attard ħabbret li se tkun qiegħda tikkontesta l-kariga ta’ President tal-Partit Laburista.

Fuq il-paġna ta’ Facebook, Attard qalet li b’determinazzjoni li twettaq aktar ħidma favur il-valuri tal-ġustizzja soċjali u l-ugwaljanza hija ssottemettiet in-nomina tagħha għal din il-kariga. Żiedet li hija lesta li toffri l-impenn kollu tagħha f’din il-kariga.

Ramona attard irringrazzjat lil Alison Zerafa Civelli u Guza Cassar li kienu l-proponent u s-sekondat fin-nomina tagħha.

Bid-determinazzjoni li nwettaq iktar ħidma favur il-valuri tal-ġustizzja soċjali u l-ugwaljanza, għadni kemm…

Posted by Ramona Attard on Friday, July 3, 2020

Intat aktar kmieni Daniel Micallef ħabbar li se joħroġ għall-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-Partit Laburista.