Ramona Attard tirriżenja mit-Tribunal tal-PA

Facebook - Ramona Attard

Ramona Attard, li hija l-unika kandidata għall-President tal-Partit Laburista, irriżenjat minn membru tat-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (PA). Hija kienet ilha biss erba’ xhur fil-kariga.

Għalkemm Repubblika appellat għar-riżenja tagħha, Attard ikkonfermat li hija rriżenjat mit-Tribunal qabel ma ġabret in-nomina biex tikkontesta l-elezzjoni interna tal-PL.

L-għaqda Repubblika ferħet lil Attard għall-ħatra tagħha fil-PL iżda qalet li kellha tirriżenja mit-Tribunal tal-PA. L-għaqda fakkret li dan it-Tribunal huwa korp kważi-ġudizzjarju li suppost ikun indipendenti mill-Gvern u mhux għodda tiegħu. Fi Frar li għadda, Repubblika kienet qalet li Attard għandha biss kredenzjali partiġġjani.