Ramm-Ericsson u Delin b’suċċess fil-Kampjonat tas-Sailing tad-Dinja

Ekwipaġġi mir-Royal Malta Yacht Club Sailing School ingħaqdu ma ‘l fuq minn 200 tim, li jirrappreżentaw 23 pajjiż, fil-Kampjonati Dinjija tal-Klassi RS Feva li saru f’Follonica, l-Italja. Jikkompetu kien hemm fosthom Vanja Ramm-Ericsson u Maia Delin li rnexxielhom jiksbu t-tielet post fil-Kampjonati tad-Dinja mis-sezzjoni Junior. Huma rnexxielhom ukoll jagħmluha fid-disa’ post fil-flotta tal-Fidda.

Il-bqija tal-kontinġent, magħmul minn l-aħwa Molly Butler u Maxi Butler, u Rosie Durrant u Fien Vlasbom irnexxielhom jikkwalifikaw għall-kompetizzjoni fil-flotta tal-Fidda u l-flotta tal-Bronż rispettivament.

Min hu interessat ikun jaf aktar dwar il-klabb jew il-kompetizzjonijiet tista’ żżur is-sit elettroniku tal-klabb stess.