Rakitic se jibqa’ ma’ Barca

Ivan Rakitic għażel li ma jmurx jilgħab ġewwa Franza wara li Paris Saint Germain urew interess fil-midfielder Kroat. Ir-rebbieħta ta’ Ligue 1 jixtiequ jtejbu l-kwalità fil-midfield tat-tim iżda Rakitic jemmen li l-futur tiegħu għalissa jinsab ma’ Barcelona. F’intervista ma’ Sport, l-eks midfielder ta’ Seville stqarr, “Smajt kliem marti u lil qalbi u fhimt li jien privileġġjat talli nilbes il-flokk ta’ Barcelona.”

Rakitic kien membru importanti fit-tim nazzjonali tal-Kroazja mmexxi minn Zlatko Dalić li rnexxielu jasal sal-finali tat-Tazza tad-Dinja ta’ din is-sena.