“Rajnik tikber u ssir żagħżugħ tal-għaġeb” – Doriette lil Aiken

L-attur żagħżugħ Aiken Buhagiar li narawh fis-sensiela Division 7 illum qed jiċċelebra għeluq il-15-il sena tiegħu. Twieled bħal-lum id-9 ta’ Ġunju tal-2005.

Bosta kienu l-messaġġi li huwa rċieva għal dan il-jum fosthom dak mingħand ommu Doriette li kitbet li hi u żewġha rawh jikber u jsir f’żagħżugħ tal-għaġeb. Hija awguratlu biex matul din is-sena li ġejja hu jkompli jaqbeż l-aspettativi tiegħu.

F’Marzu li għadda Aiken kien il-preżentatur ta’ intervista li saret online fejn it-tfal setgħu jsaqsu l-msitoqsijeit tagħhom lill-Prim Ministru Robert Abela.

L-attur deher fi produzzjonijiet oħra fosthom anki Vigilante u Strada Stretta, li kienu xxandru fuq TVM.

Awguri Aiken!