​”Rajnieh isawwatha b’lasta ta’ xkupa fit-triq”

Raġel allegatament beda isawwat tfajla b’lasta ta’ xkupa f’parkeġġ pubbliku f’Ta’ Xbiex.
Persuni li kienu fuq il-post qalu ma’ Newsbook.com.mt li r-raġel kien qed isawwat tfajla u jkaxkarha mal-art, sakemm intervjena grupp ta’ persuni biex iwaqqfuh.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li għall-ħabta tas-2pm daħal rapport ta’ argument bejn kopja f'Triq ix-Xatt ta' Ta' Xbiex.
Skont il-Pulizija, fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-isptar. Ir-raġel qed jiġi mitkellem mill-Pulizija.
Ritratt: Arkivji