Raħħala Maltin jingħataw fondi mill-Gvern u mill-UE

Ftit inqas minn €250,000 tqassmu bħala għajnuna lil kważi 100 raħħal Malti li jrabbu l-majjal.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Roderick Galdes, spjega li s-sanzjonijiet li għandha r-Russja fil-konfont tal-Ewropa wasslu biex fis-suq hemm iktar laħam tal-majjal milli hemm domanda għalih u allura l-prezz tiegħu waqa’.
Roderick Galdes qal li, biex tgħin lil dan il-qasam, Malta rnexxielha takkwista kważi €120,000 f’għajnuna mill-UE wara laqgħat f’livell Ewropew, u l-Gvern Malti ddeċieda li jirdoppja ċ-ċifra.
Spjega li b’kollox applikaw 95 raħħal li kienu kollha eliġibbli għall-għajnuna. Bejn Jannar u Settembru tas-sena l-oħra, ir-raħħala ħadu għal qatla jew esportaw aktar minn 44,000 majjal.
Ritratt: DOI – Clifton Fenech