Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn vettura

Arkivji

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn vettura f’Raħal il-Ġdid dalgħodu għal ħabta tas-sitta neqsin kwart.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li r-raġel residenti Raħal il-Ġdid dalgħodu safa’ milqut minn vettura misjuqa minn raġel  ta 46 sena residenti Birkirkara.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater dei għall-kura fejn kien iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.