Ragħad u xita mill-ewwel f’Ottubru

Skont bassara indipendenti tat-temp, għada xita u ragħad mistennijin jolqtu lill-gżejjer minħabba pressjoni baxxa lejn l-Afrika ta’ Fuq.
FirstMalta qalu fi stqarrija li din il-pressjoni baxxa se timxi matul dal-lejl mit-Tuneżija biex għada tkun laħqet iċ-ċentru tal-Mediterran u taffettwa lil Malta.
Il-bassara indipendenti temmew jgħidu li l-iktar maltemp intens mistenni jilħaq lit-Tuneżija u l-Mediterran iżda l-gżejjer Maltin xorta mistennija jintlaħqu minn xita bir-ragħad matul il-ġurnata.
Fir-ritratt l-inħawi ċelesti juru l-livelli ta’ xita li l-Global Forecasting System tal-bassara qed turi.