Raġġ ta’ dawl għall-annimali fl-Ewropa

Rapporti minn bosta esperti fl-Ewropa qed juru li uħud mill-annimali li l-aktar kienu qed jitqiesu f’periklu qed juru żieda fin-numru.

Konversazzjonisti qed jgħidu li f’dawn l-aħħar 50 sena n-numru ta’ orsijet, lupi u ajkli żdiedu.

Qed jintqal li l-protezzjoni, ir-restrizzjoni fuq il-kaċċa u l-immigrazzjoni tan-nies minn żoni rurali għal dawk urbani kienu fatturi li għenu biex tiġi kkonservata l-ħajja ta’ dawn l-annimali.

Ir-riċerka hija ffukata fuq 18-il tip ta’ mammalu u 19-il speċi ta’ għasfur.