Raġġ ta’ dawl fuq 103

Read in English.

103 Malta’s Heart nieda l-iskeda l-ġdida bil-kbir dalgħodu hekk kif diversi semmiegħa faħħru l-breakfast show u ddeskrivewha bħala “raġġ ta’ dawl f’ġurnata mimlija sħab”.

Ron Briffa u Jes Saliba bdew il-jum fis-6am bil-breakfast show fuq 103 b’sessjoni ta’ sagħtejn li hi mmirrata biex tgħin lil dawk li jqumu kmieni jibdew il-ġurnata b’mod pożittiv. “Ħadd ma jieħu gost iqum kmieni, imma issa magħna kull filgħodu dak li jkun jista’ jieħu iktar gost u jtaffi mid-diffikultà li jkollu jqum kmieni,” qal Ron hekk kif ħareġ mill-istudjo wara l-ewwel programm dalgħodu. Huwa stqarr li kien sorpriż bl-ammont ta’ messaġġi pożittivi li rċieva.

Għalkemm Ron kien lest sat-8am, Jes Saliba kien għad fadallu erba’ siegħat oħra. Jes huma dak li jgħaqqad il-103 Breakfast mal-103 Morning Show hekk kif iżommi lis-semmiegħa aġġornati bl-aħħar aħbarijiet kurrenti u aġġornamenti. Huwa qal li xogħlu mhux faċli hekk kif jirrikejdi li jkun attent għal dak kollu li jkun qed jiġri minn x’ħin iqum biex ikun jista’ jżomm lis-semmiegħa aġġornati b’dak li jkun qed jiġri lokalment kif ukoll internazzjonalment.

U l-messaġġ bdew deħlin:

Sadanittant…

…Arthur Caruana, li tul dawn l-aħħar xhur kien prattikament ikun l-istudjos ta’ 103 lejl u nhar biex jieħu ħsieb jara li kollox jimxi ħarir, dalgħodu beda jippreżenta l-Morning Show. L-idea ta’ Arthur għal morning show hi bbażata fuq riċerka dwar l-inklinazzjonijiet u d-drawwiet tas-semmiegħa Maltin filgħodu.

Caruana spjega li “is-semmiegħa dejjem mexjin minn ħaġa għal oħra, għalhekk ma nistgħux nagħtuhom materjal li trid bilfors issegwi fit-tul biex tifhmu. Għalhekk fassalna show b’kontenut li jdum daqs il-medja li wieħed idum biex isuq minn post għal ieħor jew biex jieħu kafe u jisma’ ftit mużika, informazzjoni, aħbarijiet jew diskussjoni. Huwa tip ta’ programm li fih ħafna programmi żgħar fih.”