Raġel weġġa’ ħafif wara ħabta bil-mutur

Raġel weġġa’ ħafif wara li kien qed isuq mutur fi triq Birżebbuġa, Ħal Far ħdejn l-arjuport. Ir-raġel ta’ 59 sena mill-Imsida kien fuq mutur Kawasaki Ninja meta kien involut f’ħabta ma’ karrozza misjuqa minn raġel ta’ 50 sena miż-Żurrieq.