Raġel fil-periklu tal-mewt wara li daħal f’barrier

Read in English.

Raġel ta ‘ 36 sena jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li kien involut f’inċident bil-mutur wara li baqa’ dieħel ġo barrier tal-plastic li tpoġġa f’Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija, hekk kif l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Notabile, f’Birkirkara.

Bħalissa, qed isir xogħol fuq central strip li taqsam triq Notabile bl-awtoritajiet jagħmlu barriers tal-plastic biex jevitaw il-periklu.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari illi saru irriżulta li raġel Pollakk ta’ 36 sena residenti l-Gżira, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Yamaha, u ħabat ġo barrier.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard is-sewwieq ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.


L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.