Raġel isofri ġrieħi gravi f’inċident bejn serkin u vann

Raġel ta' 33 sena mill-Imqabba qed isofri ġrieħi gravi f’inċident bejn serkin u vann fil-Qrendi.
L-inċident seħħ fis-6.30pm fi Triq il-Wied..
Ir-raġel u ż-żiemel spiċċaw mal-art.
Ix-xuffier tal-vann, li għandu 45 sena mis-Siġġiewi ma ġarrab ebda ġrieħi.