Raġel u tfajla ma jingħatawx il-ħelsien wara li serqu tliet karozzi

Raġel u mara baqgħu jinżammu fil-kustodja tal-pulizija wara li kienu akkużati li serqu tliet karozzi u għamlu ħsara fuq tlettax-il karozza oħra fil-lejl ta’ bejn it-Tnejn u t-Tlieta. Il-każijiet seħħew fil-Fgura, Raħal Ġdid u Ħal Tarxien.

Raġel ta’ 35 sena minn Birkirkara u tfajla ta’ 29 sena mill-Fgura wieġbu mhux ħatja li serqu żewġ karozzi minn garaxx fil-Fgura filwaqt li serqu karozza oħra li kienet ipparkjata f’Ħal Tarxien. Huma użaw dawn il-karozzi biex ipoġġu l-oġġetti li serqu minn karozzi oħra.

Kemm ir-raġel, kif ukoll it-tfajla kienu akkużati wkoll li kisru l-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-qorti. Huma baqgħu jinżammu fil-kustodja tal-pulizija.