Aġġornata: Tnejn gravi wara li raġel tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel ġo siġra

Raġel ta’ 45 sena ddaħħal l-isptar wara li tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel ġo siġra f’ Raħal il-Ġdid.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-4:15am fi Vjal Sir Paul Boffa ir-Raħal il-Ġdid, meta għal xi raġuni, ir-raġel, residenti l-Mosta, tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel ġo siġra.

Mara ta’ 45 sena minn Ħaż-Żabbar, passiġiera fil-karozza weġġgħet ukoll u ttieħdet l-isptar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei biex jieħu liż-żewġ persuni għal aktar kura fejn ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.

It-triq għamlet xi ħin magħluqa għat-traffiku. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar l-inċident għadhom għaddejjin.