Raġel Taljan jaħbat rasu meta jaqa’ minn għoli fil-Bajja tal-Ġnejna

Newsbook huwa infurmat li raġel ta’ 58 sena ta’ nazzjonalità Taljana sofra ġrieħi gravi waqt inċident li seħħ meta kien qiegħed fil-Bajja tal-Ġnejna illum waranofsinhar. Skont rapporti minn persuni li kienu fuq il-post u li wara ġew ikkonfermati mill-Pulizija, jidher li r-raġel Taljan waqa’ minn xi għoli u spiċċa nofsu fil-baħar u nofsu fl-art fejn jidher ukoll li ħabat rasu.

Wara li rċieva xi għajnuna ta’ persuni li kienu fuq il-post, issejħet l-għajnuna fejn ir-raġel ittella’ permezz ta’ ħelikopter u ttieħed lejn l-Isptar San Luqa u minn hemm ġie trasportat lejn l-Isptar Mater Dei.

Il-kundizzjoni ta’ saħħet ir-raġel għad m’hijiex magħrufa.