Raġel ta’ erbgħin sena mhux fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn għoli

Raġel ta’ erbgħin sena mill-Mosta ma jinsabx fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn għoli.

Hu mifhum li l-inċident seħħ dalgħodu fi Triq il-Kbira fil-Mosta. Jidher li r-raġel waqa’ għoli ta’ madwar erba’ sulari, meta kien qed fuq scaffolding jagħmel xi xogħol fil-ġnien ta’ wara tad-dar.

Ir-raġel sofra ġrieħi gravi iżda b’xorti tajba ma jidhirx li hu fuq il-periklu tal-mewt.

Nifhmu li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.