Kelinu Portelli jmut fuq il-muntanja Everest

Read in English.

Raġel ta’ dixxendenza Maltija miet waqt li kien qed jipprova jitla’ l-muntanja Everest.

Siti internazzjonali rrappurtaw kif Kellinu Portelli li kellu 54 sena u kien jgħix f’Cardiff, kien qed jagħmel avventura ta’ trekking fil-Himalayas għal għaqda tal-karità għall-kanċer. Hu nstab mejjet viċin il-kamp it-Tlieta filgħodu.

Ir-raġel li kien jaħdem bħala engineer, kien qed jiġi segwit minħabba li kellu l-livelli tal-ossiġnu fil-ġisem baxxi. Hu miet aktar tard waqt li kien rieqed. Ftit qabel, Portelli kien għadu kemm bagħat messaġġ fuq WhatsApp sabiex jgħid lil familtu u lil sħabu li kien qed iħossu aħjar.

Martu, Donna, li għandha 51 sena, weġbitu lura u qaltlu sabiex joqgħod attent, u hu weġibha li jwiegħda li kien se jagħmel dan. Qabel ma’ mar jorqod, Portelli kien attenda festival fejn deher jiżfen u jkanta ma’ persuni tal-lokal. Wara hu mar jorqod.

FIlgħodu, mar għalih il-gwida li kien qed jieħu ħsieb il-grupp u sab li kien miet fl-irqad. Hu ttieħed lura lejn Cardiff permezz ta’ ħelikopter. Madanakollu kien laħaq miet.

Portelli u martu kien ilhom miżżewġin għal 30 sena u flimkien kellhom żewġt itfal, Lucia ta’ 26 sena u Sam ta’ 20 sena.

X’qed jgħidu fuq Facebook dwar Portelli?

https://www.facebook.com/paula.sweeney.52/posts/10219141109593027

This week the world lost this kind, funny, fun loving, sloppy kissing nutter Kellinu Portelli 💔 He was trekking to…

Posted by Lisa Rodrigues Edwards on Thursday, October 31, 2019

Such sad news hearing the passing of Kellinu Portelli, not a day went passed that he wasn’t smiling or asking about you…

Posted by Canton Rangers Football Club on Thursday, October 31, 2019