Żewġt irġiel imutu bil-coronavirus

Aġġornat 06:21 PM
Old people, anzjani

Read in English.

Illum it-Tnejn mietu żewġt irġiel bil-coronavirus f’Malta. F’żewġ stqarrijiet, waħda fl-9.40am u oħra fit-2.45pm ta’ waranofsinhar, il-Gvern ħabbar l-imwiet taż-żewġ anzjani li mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Il-Gvern qal li ż-żewġ anzjani kellhom kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Fl-ewwel każ għal-lum it-Tnejn, ir-raġel kellu 98 sena u qabel ma’ ġie rikoverat fl-isptar fis-6 ta’ Settembru kien residenti f’dar tal-anzjani.

Fit-tieni każ, l-anzjan kellu 83 sena u kien iddaħħal l-isptar Mater Dei fis-16 ta’ Settembru. It-tnejn li huma baqgħu jingħataw kura fl-Isptar fejn mietu aktar kmieni.

B’kollox f’Malta mietu 23 persuna bil-Covid-19.

Ilbieraħ anzjan ta’ 86 sena miet bl-istess virus.
Imut anzjan ieħor bil-coronavirus

Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, filwaqt li appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.