Raġel ta’ 83 l-isptar wara ħabta fiż-Żejtun

Anzjan spiċċa l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’ħabta fiż-Żejtun iktar kmieni illum.

Ir-raġel ta’ 83 mill-Fgura kien qed isuq van u ħabat f’Landrover li kienet misjuqa minn raġel ieħor ta’ 56 sena minn Wied il-Għajn.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li każ seħħ fi Triq Alfredo Cachia Zammit. Ir-raġel ta’ 56 sena ma ġarrab l-ebda ġrieħi, filwaqt li l-anzjan ġie ċċertifikat li qed ibati minn ġrieħi ħfief.