Raġel ta’ 77 sena huwa l-50 vittma tal-coronavirus


Raġel ta’ 77 sena huwa t-50 vittma tal-coronavirus.

Dan kien ikkonfermat fi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa dalgħodu. Il-Ministeru spjega li l-anzjan miet ilbieraħ waqt li kien pożittiv għall-coronavirus.

L-anzjan ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-13 ta’ Ottubru. Huwa baqa’ jingħata kura f’residenza tal-anzjani fejn kien jgħix.

L-anzjan kien ibati minn mard kroniku ieħor.

Iż-Żewġ Vittmi ta’ qabel:
2 anzjani oħra jmutu bil-coronavirus

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika, u l-użu tal-maskra kullimkien.